Photo by 12photostory on Unsplash

Aġġornata l-Liġi Dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali

Fis-sena 2024, permezz tal-Att XXXVII tal-2024, li jemenda diversi liġijiet relatati mas-Servizzi Veterinarji u l-Benesseri tal-Annimali, daħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet ġodda li jsaħħu u jaġġornaw il-liġi eżistenti dwar it- trattament xieraq tal-annimali. Dawn l-emendi jinkludu regolamenti ġodda taħt il-Kap. 439 tal-Liġijiet ta’ Malta (l-Att dwar il-Benesseri tal-Annimali) li għandhom l-iskop li jipproteġu b’mod aktar effettiv lill-klieb u lill-annimali l-oħra domestiċi miżmuma f’kundizzjonijiet mhux xierqa jew ta’ moħqrija.

Din il-liġi tibda billi tiprojbixxi moħqrija lil dawk il-klieb li jinżammu marbuta ma’ kwalunkwe oġġett statiku bħala mezz permanenti għal għejxien tagħhom. Din ma tapplikax meta l-klieb ikunu għal vista għand il- veterinarju, fejn huwa essenzjali li jinżammu għall-protezzjoni tan-nies preżenti, kif ukoll f’każijiet tat- transportazzjoni tal-klieb.

Il-liġi tkompli tispeċifika li kelb jista’ jinżamm f’kompartiment jew spazju magħluq biss jekk dan il- kompartiment ikun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-liġi u minn regolamenti ta’ taħtha, jiġifieri jkollu art solida u impermeabbli, kundizzjonijiet ta’ iġjene tajba u ventilazzjoni adegwata, u li l-kelb ma jinżammx marbut jew ma jkunx suġġett għal tbatija fiżika jew psikoloġika.

Ir-Regolamenti l-Ġodda dwar l-Operat ta’ Postijiet ta’ Pet Sitting u Boarding (S.L. 439.26 ta’ 2024) issa jirregolaw ukoll il-faċilitajiet fejn jinżammu l-klieb għal perjodi temporanji, bħal pet-sitters jew kennels. Dawn jitolbu li kull post ta’ din in-natura jkollu liċenzja valida maħruġa mid-Direttur għall-Benesseri tal-Annimali u li jiġu osservati l-kundizzjonijiet kollha ta’ spazju, ventilazzjoni, tindif, sigurtà u kura veterinarja. Dan sar sabiex tiġi evitata t-tbatija jew il-trasmissjoni ta’ mard u sabiex il-faċilitajiet kollha joperaw taħt standards professjonali.

Klawżola importanti li ġiet introdotta f’din il-liġi tindirizza speċifikament dawk in-nies li jħallu l-klieb tagħhom jiġru fit-toroq fejn ġie emfassizzat b’mod ċar li ebda persuna ma tista tippermetti kelb jiġġerra b’mod liberu fit-toroq pubbliċi u jkun ta’ ħsara għan-nies jew annimali oħra. Din teskludi dawk in-nies li jmexxu l-kelb b’ kullar u ċinga adekwata.

Fl-aħħar dil-liġi tipprovdi wkoll speċifikazzjonijiet għal kompartiment ta’ kelb, fejn tipprovdi li l-ebda kelb ma jista’ jiġi ristrett fi kwalunkwe ħin, b’hekk li jiġi kkawżat lilu tbatija jew ġrieħi. In fatti din tispeċifika wkoll li l- materjal li għandu jintuża għall-kostruzzjoni għal kompartiment ma jistgħax ikun ta’ ħsara lill-annimal u għandu jiġi mnaddaf u diżinfettati fil-fond. L-art li fuqha jinżammu l-klieb għandha tiġi miżmuma b’tali mod li ma tikkaġunax ġrieħi jew tbatija lill-klieb, filwaqt liċ-ċirkolazzjoni tal-arja, livelli ta’ trabijiet, temperatura u l- umdità realttiva  tal-arja għandhom jinżammu fil-limiti li ma jkunux ta’ dannu għall-annimali. Il-klieb m’għandhomx jiġu miżmuma la fi dlam permanenti u lanqas  mingħajr perjodu  xieraq  ta’ mistrieħ  minn dawl.

This shall not be construed to be as advice but shall merely serve as a brief description of the amendments. If you would like to get to know more how these proposed changes will affect you please do not hesitate to contact us on  [email protected] .