Regolarizzazzjoni tal-użu tal-Karozzin
Riċentament ħarġu regolamenti ġodda li jirregolaw l-użu tal-karozzini, biex b’hekk jiġi assikurat il-ħarsien xieraq tal-annimali. Infatti din il-liġi tifforma parti mill-Att dwar il-Ħarsien Xieraq tal-Annimali (Kapitlu 439 fil-liġi Maltija). Dawn ir-regolamenti jagħtu definizzjoni ta’ karozzin, fejn jitqies bħala; ‘vettura li tinġibed minn bhima li jkollha għall-anqas erba’ (4) roti u kompartament li jkun separat mill-kuċċier …