Min iħaddem (magħruf ukoll bħala l-prinċipal fil-ligi) għandu l-obbligu li jagħti l-payslip dettaljata lil impjegati li jħaddem miegħu, qabel ma’ suppost tidħol il-paga dovuta jew dik il-ġurnata stess. Dan huwa dritt protett mil-liġi li kull impjegat igawdi minnu.
Il-payslip għandha tinkludi;
- L-isem tal-impjegat u l-prinċipal
- L-indirizz tal-prinċipal
- It-titolu tal-pożizzjoni tal-impjegat
- Il-perjodu li tkopri dik il-payslip partikolari
- L-ammont totali ta’ pagi u kif tqassmet
- In-numru ta’ siegħat normali maħduma
- In-numru ta’ sigħat imħallsa bħala overtime jew b’rata speċjali klassifikati
- In-numru ta’ siegħat ta’ leave annwali li ttieħdu u kemm ikun għad fadal
- In-numru ta’ siegħat ta’ leave għall-mard
- Il-pagi bażiċi riċevuti
- Breakdown ta’ kwalunkwe bonuses, allowances jew commissions riċevuti
- Kwalunkwe tnaqqis effettwat, inkluż kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nazzjonali, taxxa u oħrajn.
Jekk il-prinċipal ma jonorax l-obbligu impost fuqu bil-liġi, huwa jkun responsabli biex iġib il-prova tiskulpah minn kwalunkwe ħtija. F’ kas li jkun hemm żewġ payslips differenti relatati tal-istess perjodu il-payslip li tipprevali għandha tkun il-payslip l-aktar favorevoli għall-impjegat konċernat. Il-persuna li tikser id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti tkun ħatja ta’ reat u għandha, meta tinstab ħatja, teħel multa ta’ mhux anqas minn ħames mitt (€500) euro u ta’ mhux aktar minn elf, mija u ħamsa u sittin euro (€1,165).
This shall not be construed to be as advice but shall merely serve as a brief description of the payslip. If you would like to get to know more about this please do not hesitate to contact us on [email protected].