Promozzjoni għal stil ta’ ħajja sana fl-iskejjel

Il-Gvern nhieda  inizjattiva ġdida li permezz tagħha ġiet introdotta gwida ta’ liem tip ta’ ikel jista’ jibda jiġi permess biex jinbiegħ fil-canteens tal-iskejjel, biex b’hekk tiġi promossa stil ta’ ħajja sana qalb it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.

Din il-gwida inħarġet mill-‘Advisory Council’ fejn ġiet ifformolata lista ta’ rekwiżiti li jridu jiġu sodisfatti biex ċertu prodotti tal-ikel jinbiegħhu fl-iskejjel; biex b’hekk jiġu evitati prodotti li fihom ħafna ħlewwiet, xaħmijiet, zokkor u bosta preservattivi.

Il-lista tal-ikel permess tinkludi fost l-oħrajn dawn il-prodotti; sopop; ħobż u pizzez mimlijin b’varjeta ta’ laħmijiet, ġobon, tuna, salamun u ħaxix li huma meqjusin bħala tajbin għas-saħħa; għaġin; ross; salads u laħmijiet. Importanti li dan l-ikel ma jkunx moqli u ma jkollux affarijiet oħra miżjuda miegħu li jiffurmaw parti mil-lista tal-ikel projbit. Bħala snacks jistgħu jinbiegħu galletti, yoghurts bil-frott, lewż, frott frisk, u milkshakes bi frott frisk.

Fost l-ikel projbit hemm ikel li jkun moqli, salami, bacon, ikel proċessat bħal burgers u nuggets, pastizzi, sausage rolls u hot dogs. Inklużi magħhom u ikkunsidrati bħala projbiti hemm ukoll kull tip ta’ ċikkulata, ħlewwiet u doughnuts li għandhom ħafna zokkor. Yoghurts li fihom iktar minn 2.5% xaħmijiet mhumiex permessi lanqas.

Bħala xorb, l-ilma huwa permess u rakkomandat, flimkien mal-ħalib, yoghurt u cereal drinks li ma għandhux ikollhom iktar minn 2.5% xaħam u/jew 10% zokkor. It-te’ għandu jiġi provdut mingħajr zokkor ġo tazza bl-għatu.

Softdrinks, energy drinks, kafe’, hot chocolate u juices huma kkunsidrati projbiti milli jinbiegħu fl-iskejjel.

Reklamar u sponsorship ta’ prodotti ikkunsidrati bħala projbiti skont dawn il-kriterji mhumiex permessi fl-iskejjel.

This shall not be construed to be as advice but shall merely serve as a brief description of the Promotion on Healthy Lifestyle. If you would like to get to know more how these proposed changes will affect you please do not hesitate to contact us on [email protected].