Aġġornata l-Liġi Dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali

Dis-sena daħlu regolamenti ġodda dwar iż-żamma tal-klieb fejn ġiet aġġornata l-liġi dwar it-trattament xieraq tal-annimali. Dawn ir-regolamenti jipproteġu lil dawk il-klieb li jkunu qed jgħixu f’ kundizzjonijiet mhux aċċettabli, biex kemm jista jkun innaqqsu l-moħqrija ta’ dawn l-annimali.

Din il-liġi tibda billi tiprojbixxi moħqrija lil dawk il-klieb li jinżammu marbuta ma’ kwalunkwe oġġett statiku bħala mezz permanenti għal għejxien tagħhom. Din ma tapplikax meta l-klieb ikunu għal vista għand il-veterinarju, fejn huwa essenzjali li jinżammu għall-protezzjoni tan-nies preżenti, kif ukoll f’każijiet tat-transportazzjoni tal-klieb.

Punt ieħor li ġie emfasizzat f’ din il-liġi huwa li kelb jista’ jinżamm biss fi’ spazju limitat jekk ikollu kompartiment addattat bil-miżuri kif meħtieġa skond il-liġi, kif ġie stipulat anke f’ dawn ir-regolamenti fejn għandu jkollu art solida u impermeabbli u li jinżammu f’ kundizzjonijiet ta’ iġjene tajba mingħajr irbit jew trażżin. Apparti minn hekk din il-liġi tispeċifika anki l-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni u sigurta’ għat-transportazzjoni fejn dak il-kelb  li ma  jkunx jista’  joqgħod  bilqiegħda ġewwa l-vettura b’mod sew u sigur, għandu jinġarr biss fuq wara tal-vettura. Il-liġi tispeċifika anki li l-kelb ikollu art adegwata fejn jistrieħ li tipprevjeni milli l-kelb jaqa’ jew jaqbeżmill-vettura.

Klawżola importanti li ġiet introdotta f’din il-liġi tindirizza speċifikament dawk in-nies li jħallu l-klieb tagħhom jiġru fit-toroq fejn ġie emfassizzat b’mod ċar li ebda persuna ma tista tippermetti kelb jiġġerra b’mod liberu fit-toroq pubbliċi u jkun ta’ ħsara għan-nies jew annimali oħra. Din teskludi dawk in-nies li jmexxu l-kelb b’ kullar u ċinga adekwata.

Fl-aħħar dil-liġi tipprovdi wkoll speċifikazzjonijiet għal kompartiment ta’ kelb, fejn tipprovdi li l-ebda kelb ma jista’ jiġi ristrett fi kwalunkwe ħin, b’hekk li jiġi kkawżat lilu tbatija jew ġrieħi. In fatti din tispeċifika wkoll li l-materjal li għandu jintuża għall-kostruzzjoni għal kompartiment ma jistgħax ikun ta’ ħsara lill-annimal u għandu jiġi mnaddaf u diżinfettati fil-fond. L-art li fuqha jinżammu l-klieb għandha tiġi miżmuma b’tali mod li ma tikkaġunax ġrieħi jew tbatija lill-klieb, filwaqt liċ-ċirkolazzjoni tal-arja, livelli ta’ trabijiet, temperatura u l-umdità realttiva  tal-arja għandhom jinżammu fil-limiti li ma jkunux ta’ dannu għall-annimali. Il-klieb m’għandhomx jiġu miżmuma la fi dlam permanenti u lanqas  mingħajr perjodu  xieraq  ta’ mistrieħ  minn  dawl.

This shall not be construed to be as advice but shall merely serve as a brief description of the amendments. If you would like to get to know more how these proposed changes will affect you please do not hesitate to contact us on [email protected].